12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/32
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mologen vs UASI (dSLIM)
(Kawża T-504/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 220/67
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1077/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “dSLIM” bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44 21.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy