14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-515/08) (1)
(Kuntratt qafas multiplu ‘Commission 2007’ - Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi - Kompiti ta’ kompetenza - Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2010/C 221/72
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Volker Mauerhofer (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Schartmüller, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tal-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li temenda l-kuntratt speċifiku 2007/146271, konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur ewlieni responsabbli mill-proġett “Value Chain Mapping Analysis”) imwettaq fil-Bożnija u l-Ħerżegovina, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol maħduma mir-rikorrent, abbażi tal-kuntratt li jorbtu mal-imsemmi kuntrattur ewlieni, li dan tal-aħħar seta jiffattura lill-Kummissjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Volker Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 44, 21.2.2009.
Full & Egal Universal Law Academy