12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/32
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-545/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)
2009/C 220/68
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Thérèse Nicole Thoss (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Steiner, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2006 tal-Qorti tal-Awdituri li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta’ ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li l-kundizzjoni ta’ ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kinitx sodisfatta (kawża rreġistrata bir-referenza F-46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008 (li kienet Kawża F-46/08)
Full & Egal Universal Law Academy