28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-571/08) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ordni li tipprovdi informazzjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà)
2010/C 234/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u B. Klein, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Martenczuk, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Otturbu 2008 li torna li tipprovdi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007].
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy