Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Mars vs UASI – Ludwig Schokolade (forma ta’ blokka ta’ ċikkulata)
(Kawża T‑28/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ blokka ta’ ċikkulata – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009] – Dritt għal smigħ – Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 75 u 76 tar‑Regolament Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 30-34)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv, deskrittivi jew komuni - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l‑punti 47, 54, 66, 68)
3. Trade mark Komunitarja - Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju - Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill 40/94, Artikolu 73) (ara l-punt 89)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1325/2006‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG u Mars, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta blokka ta’ ċikkulata għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 — Trade mark Komunitarja Nru 818 864
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Mars, Inc.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mars, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy