Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 – Bastos Viegas vs UASI – Fabre Médicament (OPDREX)
(Kawża T‑33/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OPDREX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OPTREX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 28, 35-37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1238/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pierre Fabre Médicament SA u Bastos Viegas, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Bastos Viegas, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva OPDREX għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10, u għal servizzi fil-klassi 35 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2429249
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Pierre Fabre Médicament, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali OPTREX għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni dwar ċerti prodotti fil-klassijiet 5 u 10 milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja dwar “apparat u strumenti kirurġiċi” fil-klassi 10
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bastos Viegas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy