Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-76/08)
“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-lastku kloropren — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Impriża komuni — Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni”
1. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 58-62)
2. Kompetizzjoni — Akkordji — Prova — Indizji prodotti mill-Kummissjoni — Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 105)
3. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni tat-tul tal-ksur b’limiti progressivi ta’ sitt xhur — Perijodu itwal minn dak tal-parteċipazzjoni effettiva fil-ksur — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 127-130)
4. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 138-145, 148)
Suġġett
Minn naħa talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38629 —Lastku kloropren), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2974 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2008, sa fejn jirrigwardaw lill-EI Du Pont de Nemours and Company, u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EI du Pont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers LLC u DuPont Performance Elastomers SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy