Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal‑11 ta' Ġunju 2009 – Baldesberger vs UASI (forma ta’ pinzetta)
(Kawża T‑78/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ pinzetta – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 25, 28-30)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1405/2007‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ pinzetta bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Fides B. Baldesberger
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta pinzetta, għal prodotti fil-klassi 8 – Applikazzjoni Nru 5480108
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fides B. Baldesberger hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy