Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2009 – Enercon vs UASI (E-Ship)
(Kawża T-81/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-Ship – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punt 10)
2. Trade mark Komunitarja - Effetti tat-trade mark Komunitarja -Limitazzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 12(b)) (ara l-punti 24, 25)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 33-35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appel tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 319/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal E-Ship bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Enercon GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali E-Ship għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 12 u 39 – Applikazzjoni Nru 5050539
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy