Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009 – ars Parfum Creation & Consulting vs UASI (Forma ta’ flixkun tal-fwieħa)
(Kawża T-104/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ flixkun tal-fwieħa – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1)(b), Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40, 42, 46)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1656/2006‑1), dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ flixkun tal-fwieħa bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
ars Parfum Creation & Consulting GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark tridimensjonali li għandha l‑forma ta’ flixkun tal-fwieħa għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 4995361
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ars Parfum Creation & Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy