Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 – Freixenet vs UASI (Forma ta’ flixkun bl-iżmerill abjad)
(Kawża T-109/08)
“Trade mark Komunitarja − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta flixkun bl-iżmerill abjad − Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv − Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu − Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] − Obbligu ta’ motivazzjoni − Drittijiet tad-difiża − Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 69, 79, 85, 107, 123, 124)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat‑30 ta’ Novembru 2007 (Każ R 97/2001‑1), dwar applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta flixkun bl-iżmerill abjad bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Freixenet SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ flixkun bl-iżmerill abjad għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 32532
Deċiżjoni tal-eżaminatur :
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Freixenet, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy