Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Gres La Sagra vs UASI – Ceramicalcora (VENATTO MARBLE STONE)
(Kawża T‑130/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark figurattiva VENATTO MARBLE STONE – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VENETO CERÁMICAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 51-53)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1609/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ceramicalcora, SA u Gres La Sagra, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Gres La Sagra, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva VENATTO MARBLE STONE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 21, 39 u 40 – Applikazzjoni Nru 3109006
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Ceramicalcora, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks Spanjoli li jinkludu s-sinjal VENETO CERÁMICAS Nri 2115543, 2056688, 2056689 u 2056699 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 27, 19, 21 u 39 rispettivament
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment minħabba li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fit-territorju rilevanti għal prodotti u servizzi kkontestati fil‑klassijiet 19, 21 u 40, iżda ma kinitx teżisti tali konfużjoni fir-rigward tas‑servizzi kkontestati fil-klassi 39
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Gres La Sagra, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy