Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – REWE‑Zentral vs UASI – Aldi Einkauf (Clina)
(Kawża T‑150/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clina – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 68, 69)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal‑UASI, tal-15 ta’ Frar 2008 (Każ R 1484/2006‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u REWE-Zentral AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
REWE-Zentral AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Clina għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21 – Applikazzjoni Nru 3921079
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali CLINAIR għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (Trade mark Komunitarja Nru 1769850)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy