Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Cooperação e Desenvolvimento Regional
(Kawża T-174/08)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess ġenerali – Proġett Encata – Rimbors ta’ ħlas bil-quddiem – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”
Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġett fil-qasam tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tad-dimostrazzjoni - Kontribuzzjoni finanzjarja totali għall-proġett f’ammont inqas minn dak tas-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni - Dritt għar-rimbors parzjali tal-ammont mogħti bil-quddiem, flimkien mal-interessi moratorji - Rata tal-interessi moratorji, mitluba mill-Kummissjoni, li hija inqas minn dik ikkalkolata skont ir-regoli applikabbli taħt id-dritt nazzjonali (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 51-59)
Suġġett
Rikors abbażi tal-Artikolu 238 KE, bil-għan li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura parti mis-somma mogħtija bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi moratorji, fil-kuntest tal-kuntratt SU 1001 (SU) Encata.
Dispożittiv
1)
Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 63 349.27, flimkien mal-interessi moratorji:
–
bir-rata ta’ 6.29 % fis-sena mill-31 ta’ Jannar 2001 sad-data ta’ din is-sentenza;
–
bir-rata annwali applikabbli skont il-liġi Irlandiża, attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840, kif emendat, sa rata ta’ mhux iktar minn 6.29 % fis-sena, mid-data ta’ din is-sentenza sal-ħlas totali tad-dejn.
2)
Cooperação e Desenvolvimento Regional hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy