Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Mejju 2009 – Schuhpark Fascies vs UASI – Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)
(Kawża T-183/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva u verbali jello SCHUHPARK – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Schuhpark – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 20-24)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1560/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schuhpark Fascies GmbH u Leder & Schuh AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Leder & Schuh AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva u verbali jello SCHUHPARK għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24 sa 26 u 28 – Applikazzjoni Nru 1269372
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Schuhpark Fascies GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Ġermaniża Schuhpark għal prodotti fil-klassi 25 u, f’dan ir-rigward, l-oppożizzjoni kienet intiża kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet 18, 21, 25 u 26
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Schuhpark Fascies GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy