Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 – Interflon vs UASI – Illinois Tool Works (FOODLUBE)
(Kawża T-200/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali FOODLUBE – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) u (ċ), u 51(1)(a)) (ara l-punti 31, 47, 48, 61-66)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Interflon BV u Illinois Tool Works, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali FOODLUBE għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4 – Reġistrazzjoni Nru 1647734
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Illinois Tools Works, Inc.
Parti li qed titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Interflon BV
Dritt għat-trade mark tal-parti li qed titlob l-invalidità::
Ir-rikorrenti ssostni li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), hija annullata sa fejn hija tiċħad ir-rikors f’dak li jikkonċerna l-prodotti kimiċi ddestinati għall-industrija, fil-klassi 1, u ż-żjut u x-xaħmijiet industrijali kif ukoll il-lubrifikanti, fil-klassi 4.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy