Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – Market Watch vs UASI – Ares Trading (Seroslim)
(Kawża T-201/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 49)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2008 (Każ R 805/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ares Trading SA u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Market Watch Franchise & Consulting, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Seroslim għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 4113321
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Ares Trading SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali SEROSTIM għal prodotti fil-klassi 5 – (trade mark Komunitarja Nru 2405694)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 5 u fir-rigward tas-“sapun, lozjonijiet tax-xagħar u dentifriċji” fil-klassi 3 milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy