Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI – Schwarzbräu (ALASKA)
(Kawża T‑225/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva ALASKA – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l‑punti 22, 37, 39)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 877/2004‑4), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva ALASKA għall-prodotti fil-klassi 32 – Trade mark Komunitarja Nru 505552
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Schwarzbräu GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell tar-rikorrenti miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy