Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Ravensburger vs UASI – Educa Borras (EDUCA Memory game)
(Kawża T-243/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva EDUCA Memory game – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEMORY – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5), Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u (5), u l-Artikoli 76 u 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 42)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 597/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ravensburger AG u Educa Borras, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
It-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
EDUCA Memory game għal prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 495036
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Educa Borras, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Ravensburger AG
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali internazzjonali MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 393512; trade mark verbali Benelux MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 38328; trade mark verbali Ġermaniża MEMORY, Reġistrazzjoni Nru 964625
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy