Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) 3 ta’ Diċembru 2009 – Iranian Tobacco vs UASI – AD Bulgartabac (TIR 20 FILTER CIGARETTES)
(Kawża T‑245/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva TIR 20 FILTER CIGARETTES – Nuqqas tar-rekwiżit ta’ interess ġuridiku – Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Talba għal revoka - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet - Interess ġuridiku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 55(1)(a)) (ara l-punti 18-23)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑11 ta’ April 2008 (Każ R 708/2007-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn AD Bulgartabac Holding Sofia u Iranian Tobacco Co.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka:
Trade mark figurattiva TIR 20 FILTER CIGARETTES għal prodotti fil‑klassi 34 – Trade mark Komunitarja Nru 400804
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Iranian Tobacco Co.
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja:
AD Bulgartabac Holding Sofia
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Kanċellazzjoni:
Trade mark Komunitarja kkonċernata ddikjarata rrevokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell tar-rikorrenti miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Iranian Tobacco Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy