Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – C‑Content vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-247/08)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċeduri ta’ sejħiet għal offerti Komunitarji – Servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika – Irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju allegatament imwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Termini ta’ preskrizzjoni – Rabta kawżali”
1. Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Mument meta l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali jiġu sodisfatti (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 52-55)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 72, 73)
3. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Spejjeż sostnuti minn offerent - Dritt għal kumpens - Assenza - Eċċezzjoni - Ksur tad-dritt Komunitarju (ara l-punti 86, 87)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Spejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 88, 89)
5. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Kunċett - Spejjeż sostnuti quddiem l-Ombudsman Ewropew (Artikolu 195(1) KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Ombudsman Ewropew, Artikolu 2(6) u (7)) (ara l-punti 90, 91)
Suġġett
Rikors għal danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej allegatament ikkommetta fil-kuntest ta’ diversi sejħiet għal offerti fir-rigward ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.
2)
C-Content BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy