Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ April 2010 – Coin vs UASI – Dynamiki Zoi (Fitcoin)
(Kawża T‑249/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin – Trade marks nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja figurattivi preċedenti coin – Raġuni relattiva għal rifjut – Pubbliku rilevanti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 26)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dynamiki Zoi AE
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Fitcoin għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41 – Applikazzjoni Nru 3725298
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Coin SpA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Taljana coin, Reġistrazzjoni Nru 160126, għal prodotti fil-klassi 25; trade mark Taljana coin, Reġistrazzjoni Nru 253233, għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; trade mark Taljana coin, Reġistrazzjoni Nru 240305, għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41; trade mark Taljana coin, Reġistrazzjoni Nru 169548, għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41, estiża għall-Benelux, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Portugall; trade mark Taljana coin, Reġistrazzjoni Nru 240286, għal prodotti u servizzi fil-klassi 25, estiża għall-Benelux, Franza, l-Ungerija u l-Awstrija; trade mark Komunitarja coin, Reġistrazzjoni Nru 109827, għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 16, 25, 28 u 35; trade mark internazzjonali coin, Reġistrazzjoni Nru R 381015, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 35, 36 u 41, estiża għall-Benelux, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1429/2007-1), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy