Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2009 – X-Technology R & D Swiss vs UASI – Ipko-Amcor (First-On-Skin)
(Kawża T-273/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali First-On-Skin – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FIRST – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 42, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2008 (Każ R 281/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn X‑Technology R & D Swiss GmbH u Ipko-Amcor BV.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
X-Technology R & D Swiss GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali First-On-Skin għal prodotti fil-klassijiet 18, 23 u 25 – Applikazzjoni Nru 4019981
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Ipko-Amcor BV
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali FIRST għal prodotti fil-klassi 25 (reġistrazzjoni għall-Benelux Nru 401666), bl-oppożizzjoni diretta kontra r-reġistrazzjoni fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
X-Technology R & D Swiss GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy