Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – Bayer Healthcare vs UASI – Uriach‑Aquilea OTC (CITRACAL)
(Kawża T‑277/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITRACAL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CICATRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 59, 60)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2008 (Każ R 459/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Uriach‑Aquilea OTC, SL u Bayer Healthcare LLC.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Bayer Healthcare LLC
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali CITRACAL għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 1757855
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Uriach‑Aquilea OTC, SL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali CICATRAL għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Bayer Healthcare LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy