Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 – Fitoussi vs UASI – Loriot (IBIZA REPUBLIC)
(Kawża T‑311/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IBIZA REPUBLIC – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 35, 48, 57, 58)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1135/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Fitoussi u Bernadette Nicole J. Loriot.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Bernadette Nicole J. Loriot
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva IBIZA REPUBLIC għal prodotti fil-klassijiet 25, 41, 43 – Applikazzjoni Nru 3868072
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Paul Fitoussi
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali figurattiva li tirrappreżenta stilla b’ħames ponot imdawra b’ċirku, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Paul Fitoussi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy