Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2010 – Matratzen Concord vs UASI – Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD)
(Kawża T-351/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MATRATZEN CONCORD – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73) (ara l-punti 17, 18, 23)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez u, min-naħa l-oħra, Matratzen Concord GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Matratzen Concord GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva MATRATZEN CONCORD għal prodotti fil-klassijiet 10, 20 u 24 – Applikazzjoni Nru 3355369
Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark nazzjonali verbali MATRATZEN għal prodotti fil-klassi 20
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Applikazzjoni għal trade mark miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy