Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)
(Kawża T-463/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC HD – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 21, 22, 34, 42-44)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 43)
3. Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 50)
4. Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 62-64)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 488/2008‑4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DYNAMIC HD bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Imagion AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali DYNAMIC HD għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6092241
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Imagion AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy