Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Zeta Europe vs UASI (Superleggera)
(Kawża T-464/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Superleggera – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 24, 31, 32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas‑17 ta’ Lulju 2008 (Każ R 666/2008‑1), li tirrigwarda applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Superleggera bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Zeta Europe BV
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Superleggera, għall-prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25 –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5456207
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zeta Europe BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy