Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2009 – Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)
(Kawża T‑473/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THINKING AHEAD – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 728/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THINKING AHEAD bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Apollo Group, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali THINKING AHEAD għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 9, 16 u 41
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Talba parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Apollo Group, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy