Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009 – Media‑Saturn vs UASI (BEST BUY)
(Kawża T‑476/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BEST BUY – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22, 26-29, 32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 591/2008‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BEST BUY bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Media-Saturn-Holding GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva BEST BUY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5, 6 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5189550
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Media-Saturn Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy