Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Mundipharma vs UASI – ALK-Abelló (AVANZALENE)
(Kawża T-477/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja verbali AVANZALENE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AVANZ – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 43-45)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1694/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ALK‑Abelló A/S u Mundipharma AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Mundipharma AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali AVANZALENE għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 4632501
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
ALK‑Abelló A/S
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja AVANZ għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 3331444)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mundipharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż, esklużi dawk sostnuti minn ALK‑Abelló A/S.
3)
ALK‑Abelló A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy