Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2009 – Giordano Enterprises vs UASI – Dias Magalhães & Filhos (GIORDANO)
(Kawża T‑483/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIORDANO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GIORDANO – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 33)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1864/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Dias Magalhães & Filhos lda. u Giordano Enterprises Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Giordano Enterprises Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali GIORDANO għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
José Dias Magalhães & Filhos lda.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Portugiża GIORDANO għal prodotti fil-klassi 25 (Nru 22534)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni ddikjarata parzjalment fondata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni anullata sa fejn din iddikjarat l-oppożizzjoni fondata fir‑rigward ta’ ċerti prodotti fil‑klassi 18. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Giordano Enterprises Ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
Full & Egal Universal Law Academy