Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Hunter)
(Kawża T-505/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Hunter – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 35, 40, 52)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas‑17 ta’ Settembru 2008, kif rettifikata fil-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1733/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hunter bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Hunter għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 4829347
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy