Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 – Granuband vs UASI – Granuflex (GRANUflex)
(Kawża T-534/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva GRANUflex – Isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti GRANUFLEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ)) (ara l-punti 35-38)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1277/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft u Granuband BV.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva GRANUFLEX għall-prodotti fil-klassijiet 17, 19 u 27 – Trade mark Komunitarja Nru 943118
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Granuband BV
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Isem ta’ kumpannija GRANUFLEX għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 17, 19, 27 u 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Trade mark Komunitarja kkanċellata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell tar-rikorrenti miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Granuband BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy