Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2010 – Kerma vs UASI (BIOPIETRA)
(Kawża T-586/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIOPIETRA – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 34)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 889/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas‑sinjal verbali BIOPIETRA bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Kerma SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade marrk verbali BIOPIETRA, għal prodotti fil-klassi 19 – Applikazzjoni Nru 5658893
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kerma SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy