8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/54
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-2/08)
(2008/C 64/86)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen (LfM) (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u G.-B. Lehr)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5109 finali tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fil-Land ta' Nordrhein-Westfalen;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5109 finali tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/2006 (ex N 29/2005 u ex CP 13/2004), li fiha l-Kummissjoni ddeċidiet li l-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lix-xandara privati fil-kuntest ta' l-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri fil-Land ta' Nordrhein-Westfalen u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 87(1) KE billi l-miżura ġiet ikklassifikata b'mod żbaljat bħala għajnuna mill-Istat. F'dan il-kuntest, hija tqajjem ukoll il-ksur ta' l-Artikolu 253 KE.
Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li ġiet użata skema illegali ta' analiżi fil-kuntest ta' l-eżami li sar skond l-Artikolu 87(3)(ċ) KE. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti invokat ukoll żbalji ta' evalwazjoni u abbuż ta' poter, kif ukoll ksur ta' l-Artikolu 253 KE.
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Artikolu 87(3)(b) u (ċ) KE ġie miksur ukoll minħabba żbalji ta' evalwazzjoni u ta' abbuż ta' poter.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, il-miżura kkonċernata taqa' taħt l-eżenzjoni settorjali prevista mill-Artikolu 86(2) KE. Fuq dan il-punt, ġie allegat ukoll ksur ta' l-Artikolu 253 KE.
Full & Egal Universal Law Academy