8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/59
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Perfetti Van Melle vs L-UASI — Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)
(Kawża T-16/08)
(2008/C 64/96)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Cloetta Fazer AB (Ljungsbro, l-Iżvezja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tbiddel totalment id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, każ R 149/2006-4, mogħtija fis-7 ta' Novembru 2007 u nnotifikata fid-9 ta' Novembru 2007;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta' l-UASI, mogħtija fl-24 ta' Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973 065;
—
tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-TMK ta' Perfetti Nru 973 065 CENTER SHOCK;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dawn il-proċedimenti, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u ta' l-appell quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “CENTER SHOCK” għal prodotti fil-klassi 30 — Trade mark Komunitarja Nru 973 065
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Cloetta Fazer AB
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade marks nazzjonali verbali “CENTER” u “CLOETTA CENTER” għal prodotti, inter alia, fil-klassi 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma globalment differenti fuq il-livell fonetiku u kunċettwali u fl-impressjoni ġenerali, għalkemm għandhom element komuni. Minbarra dan, Cloetta u Perfetti joperaw, skond ir-rikorrenti, fi swieq differenti, peress li l-prodotti tagħhom jindirizzaw bżonnijiet differenti u konsumaturi differenti.
Full & Egal Universal Law Academy