12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/29
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 — Quest Diagnostics vs L-UASI — ALK-Abelló (DIAQUEST)
(Kawża T-22/08)
(2008/C 92/61)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Quest Diagnostics Inc. (Teterboro, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Niebel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' Ottubru 2007;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-UASI tal-11 ta' Ottubru 2006; u
—
tikkundanna lill-intervenjenti ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ALK-Abelló A/S
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali Komunitarja “DIAQUEST” għal prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja “QUEST DIAGNOSTICS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 16, 35, 39 u 42 — Applikazzjoni Nru 2 402 980 u Nru 1 958 589
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tiċħad l-oppożizzjoni kompletament
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy