12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/30
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 — Wellcome Foundation vs L-UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawża T-27/08)
(2008/C 92/63)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Wellcome Foundation Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Serono Genetics Institute SA (Evry, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' Novembru 2007 (Każ R 9/2007-1) u tiddikjara t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità mressqa mir-rikorrenti bħala fondata;
—
tannulla l-kundanni kollha għall-ispejjeż mogħtija kontra r-rikorrenti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, u tordna lil dan ta' l-aħħar ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “FAMOXIN” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Applikazzjoni Nru 2 491 298
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Serono Genetics Institute SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b), 52 u 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell sab li t-trade marks irreġistrati preċedentement kienu użati għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi għal mard kardjovaskolari” u mhux għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi” u peress li dan evalwa is-suq rilevanti, il-pubbliku rilevanti, il-livell ta' attenzjoni tad-diversi partijiet tal-pubbliku rilevanti u x-xebh tat-trade marks kunfliġġenti u prodotti, b'mod żbaljat.
Full & Egal Universal Law Academy