29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/30
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2008 — Winzer Pharma vs L-UASI — Oftaltech (OFTASIL)
(Kawża T-30/08)
(2008/C 79/59)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Oftaltech, SA (L'Hospitalet de Llobregat, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-29 ta' Ottubru 2007 (Każ R 599/2007-2) u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-UASI tad-19 ta' Frar 2007 (B 925 554);
—
tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4.229.274 “OFTASIL”;
—
tiftaħ il-proċedura orali;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Oftaltech, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “OFTASIL” għal prodotti fil-klassi 5 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.229.274).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “Ophtal” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10 (trade mark Komunitarja Nru 489.948), it-trade mark verbali “Ophtal” għal prodotti fil-klassi 5 (trade mark Ġermaniża Nru 800.702) u t-trade mark verbali “OPHTAN” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (trade mark Ġermaniża Nru 303.349.033)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppoiżizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u l-prinċipji applikabbli fil-kuntest ta' din id-dispożizzjoni sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' konfużjoni
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy