12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/31
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2008 — Quantum vs L-UASI — Quantum Corporation (Quantum CORPORATION)
(Kawża T-31/08)
(2008/C 92/65)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Quantum Corp. (San Jose, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Barry, Sollicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Quantum Corporation Ltd (Lefkosia, Ċipru)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tas-17 ta' Ottubru 2007, każ R 1271/2006-1;
—
tilqa' l-appell Nru R 1271/2006-1;
—
tilqa' l-oppożizzjoni Nru B 936 2006-1 u t-tkomplija tal-proċeduri;
—
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż ta' Quantum kemm f'dawn il-proċeduri kif ukoll fil-proċeduri tar-rikors quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Quantum Corporation Limited
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva Komunitarja komposta mis-sinjal “Q” u li tinkludi l-elementi verbali “QUANTUM CORPORATION” għal prodotti u servizzi fil-kassijiet 35, 36 u 42 — Applikazzjoni Nru 3 773 355
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarji “QUANTUM” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 u t-trade mark figurattiva Komunitarja “Q” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq fatti inkorretti minħabba li ma tieħux in kunsiderazzjoni l-eżistenza u n-natura tal-linji gwida ta' l-oppożizzjoni. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li d-deċiżjoni kkontestata kisret l-aspettattivi leġittimi tagħha li l-prattika deskritta fil-linji gwida ta' l-oppożizzjoni tkun fattwalment korretta, peress li partijiet potenzjali oħra setgħu ibbażaw rwieħhom fuqhom ukoll. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li kellha aspettattiva leġittima li l-linji gwida jiġu segwiti u li kellha tirċievi “ittra standard 208” li titlobha tippreżenta traduzzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha sabiex tissodisfa r-rekwiżiti formali. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-UASI għandha tinsab responsabbli skond l-Artikolu 114 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, sa fejn hija naqset mill-obbligu tagħha li tipprovdi linji gwida attwali u preċiżi.
Full & Egal Universal Law Academy