29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/31
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Jannar 2008 — Bastos Viegas vs L-UASI — Fabre Médicament (OPDREX)
(Kawża T-33/08)
(2008/C 79/60)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bastos Viegas, AS (Penafiel, il-Portugall) (rappreżentanti: Srs. G. Marín Raigal u P. López Ronda, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Pierre Fabre Médicament, S.A. (Boulogne, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI mogħtija fl-14 ta' Novembru 2007 (Każ R 1238/2006-4) b'mod li l-oppożizzjoni minn Pierre Fabre tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2.249.249 “OPDREX” (figurattiva) tiġi aċċettata, u li l-parti opposta tiġi kkundannata għall-ispejjeż fiż-żewġ każijiet.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu u li jbati dawk tar-rikorrenti.
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħha u li tbati dawk tar-rikorrenti f'din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurativa “OPDREX” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.249.249 għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10 u għas-servizzi fil-klassi 35).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Pierre Fabre Médicament, SA.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-proċeduri ta' l-oppożizzjoni: trade mark verbali nazzjonali “OPTREX” għal prodotti fil-klassi 5 (prodotti farmaċewtiċi)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni dwar ċerti prodotti fil-klassijiet 5 u 10.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja dwar “apparat u strumenti kirurġiċi” tal-klassi 10.
Motivi invokati: Applikazzjoni mhux korretta ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy