29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/32
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2008 — Furukawa Electric North America vs L-UASI (SLIM LINE)
(Kawża T-36/08)
(2008/C 79/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Furukawa Electric North America, Inc. (Norcross, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) (rappreżentant: O. Rauscher, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Novembru 2007, fil-kawża R 1532/2007-2;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SLIM LINE” għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni Nru 5907266).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: tiċħad it-talba.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.
Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi l-isem “SLIM LINE” la jirrappreżenta indikazzjoni deskrittiva u lanqas ma għandu karattru distintiv.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy