12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/33
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2008 — Walton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-37/08)
(2008/C 92/68)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Robert Walton (Oxford, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Beard, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għat-tpaċija tas-somma ta' EUR 36 551,58 mis-somom dovuti lis-Sur Walton bħala riżultat tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-144/02 kienet illegali; jew
—
tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummmissjoni għat-tpaċija tas-somma ta' EUR 36 551,58 mis-somom dovuti lis-Sur Walton bħala riżultat tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-144/02 kienet parzjalment illegali; jew
—
tiddikjara li s-somma ta' EUR 36 551,58 impaċija mill-Kummissjoni mis-somom dovuti lis-Sur Walton bħala riżultat tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-144/02 għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid sabiex titneħħa t-talba tal-Kummissjoni għal imgħax; u/jew
—
tordna li (a) l-ammont riċevibbli stabbilit ta' EUR 13 104,14 flimkien ma' l-imgħax; u/jew (b) l-ammont reċevibbli stabbilit ta' EUR 13 815,16 flimkien ma' l-imgħax jiġi kkanċellat; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrent; u
—
tordna kull miżura ulterjuri li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis bħala ġusta u ekwa.
Motivi u argumenti prinċipali
B'deċiżjoni tat-12 ta' Lulju 2007 fil-Kawża T-144/02 Richard J. Eagle et vs Il-Kummissjoni [2007] Ġabra II-0000, il-Kummissjoni ġiet ordnata mill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tħallas lir-rikorrent id-danni għal ċertu ammont.
Permezz ta' ħlas fis-16 ta' Novembru 2007 il-Kummissjoni ħallset ammont imnaqqas peress li paċiet is-somma ta' EUR 36 551,58. Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li s-somom dovuti lilu jitnaqqsu b'dan l-ammont.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni wetqet żball ta' liġi meta waslet għad-deċiżjoni kkontestata, peress li d-deċiżjoni kienet abbuż illegali ta' proċeduri peress li l-Kummissjoni kienet irtirat it-talba tagħha għat-tpaċija matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u b'hekk ma setgħetx unilaterlament issegwi l-kwistjoni sussegwentement.
Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet tmur kontra aspettativa leġittima vinkolanti tar-rikorrent, peress li l-Kummissjoni kienet aċċettat l-ammonti tar-rikorrent f'korrispondenza sussegwenti għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li n-noti ta' debitu li fuqhom kienet ibbażata id-deċiżjoni kkontestata naqsu milli jipprovdu bażi legali xierqa għad-deċiżjoni u li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuq żball ta' kalkolu fundamentali fir-riwgard ta l-imgħax mitlub.
Full & Egal Universal Law Academy