12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/36
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 — Shetland Islands Council vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/08)
(2008/C 92/72)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Shetland Islands Council (rappreżentanti: E. Whiteford, Barrister, R. Murray, Solicitor u T. Thompsom QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla l-Artikoli 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent huwa awtorità pubblika li għamel pagamenti lis-settur tas-sajd fl-ambitu ta' żewġ miżuri ġenerali ta' għajnuna, imsejħin “Għajnuna lill-Industrija tal-Qbid u l-Ipproċessar tal-Ħut” u “Għajnuna lill-Industrija tat-Trobbija tal-Ħut”, li kienu jikkonsistu minn tipi differenti ta' skemi ta' għajnuna. Il-Kummissjoni kkonstatat li l-għajnuna li r-Renju Unit implementa fuq il-bażi ta' l-“Iskema ta' Titjib ta' Fabbriki tal-Ħut” kienet inkompatibbli mas-suq komuni, safejn din kienet tikkonċerna l-ammont ta' GBP 92 007, mogħti fit-13 ta' Awwissu 1997, fis-7 ta' Jannar 1999, fl-10 ta' Diċembru 1990, fid-19 ta' Jannar 2001 u fil-15 ta' Diċembru 2004.
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali skond l-Artikolu 230 KE tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 38/2006 (ex NN 93/2005) tat-13 ta' Novembru 2007 dwar “Skema ta' titjib ta' fabbriki tal-ħut” implimentata fir-Renju Unit. B'mod partikolari, ir-rikorrent jitlob l-annullament ta' l-Artikoli 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonstatat li l-irkupru tal-pagamenti jkun kompatibbli:
(1)
ma' l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1); u
(2)
mal-prinċipji ġenerali ta' ċertezza legali u l-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi u ta' trattament ugwali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 649/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.
Full & Egal Universal Law Academy