12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/38
Appell ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tat-22 ta' Novembru 2007 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-110/06, Carpi Badía vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/08 P)
(2008/C 92/76)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti)
Appellat: José María Carpi Badía (Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu)
Talbiet ta' l-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Novembru 2007 fil-Kawża F-110/06, Carpi Badía vs Il-Kummissjoni, u tibgħat il-kawża lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
tikkundanna lill-appellat ibati l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta' l-appell preżenti, il-Kummissjoni titlob l-annullament tas-sentenza tat-22 ta' Novembru 2007 mogħtija fil-Kawża F-110/06, Carpi Badía vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tassenja lir-rikorrent fl-ewwel istanza, numru insuffiċjenti ta' punti ta' prijorità sabiex jiġi promoss skond l-eżerċizzju ta' promozzjoni 2005 u d-deċiżjoni tagħha li tistabbilixxi lista ta' uffiċjali promossi skond l-imsemmi eżerċizzju safejn din ma tinkludix l-isem ta' l-appellat.
In sostenn ta' l-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji għall-annullament li huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-51/08 P, Il-Kummissjoni vs Dittert.
Full & Egal Universal Law Academy