12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/40
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 — Cementir Italia vs il-Kummissjoni
(Kawża T-63/08)
(2008/C 92/80)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cementir Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino, G. Barone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata bħala illegali u tannulla din id-deċiżjoni fl-intier tagħha inkwantu hija tikkunsidra l-miżura kkontestata bħala għajnuna mill-Istat, li fil-fatt tikkostitwixxi kontinwazzjoni legali tal-miżura li permezz tagħha l-Istat Taljan ta kumpens lil Terni Spa (u l-aventi kawża tagħha) għall-esproprazzjoni ta' l-impjanti ta' l-elettriku tagħha li seħħet bejn l-1962 u l-1963;
—
tikkundanna il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni safejn:
a)
tiddikjara li l-Istat Taljan ta b'mod illegali għajnuna mill-Istat lil ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE;
b)
tiddikjara li għandhom jiġu rkuprati xi sommom minn ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche; u konsegwentement
c)
tordna lill-Italja tirkupa dawk is-sommom bl-interessi bla dewmien;
—
b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn tordna lill-Italja tirkupra l-għajnuna mill-Istat bl-interessi bla dewmien, peress li dan l-irkupru jikser il-prinċipju ġenerali ta' l-aspettativi leġittimi.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-62/08 ThyssenKrupp vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy