26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/33
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 — JOOP! vs L-UASI
(Kawża T-75/08)
(2008/C 107/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg u W. Möllering, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-26 ta' Novembru 2007, fil-kawża R 1134/2007-1;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż matul il-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurativa “!” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5.332.184)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad ir-rikord
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv u minħabba n-nuqqas ta' obbligu ta' disponibbiltà.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy