9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/25
Rikors ippreżentat fit-28 ta' Frar 2008 — Freixenet vs L-UASI (Forma ta' flixkun bl-iżmerill abjad)
(Kawża T-109/08)
(2008/C 116/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Freixenet SA (Sant Sadurní d'Anoia, Spanja) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-30 ta' Ottubru 2007 u, li tagħmel dak li l-istess Bord ta' l-Appell kellu jagħmel, tiddeċiedi li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 32 532 tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 40 tar-Regolament dwar it-trade marks Komunitarji;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-30 ta' Ottubru 2007;
—
f'kull każ, tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta' flixkun bl-iżmerill abjad għal prodotti fil-klassi 33 (applikazzjoni Nru 32 532)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut ta' l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors; deċiżjoni meħuda wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-190/04, Freixenet vs L-UASI (Forma ta' flixkun bl-iżmerill abjad)
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1) u (3) u 73 tar-Regolament Nru 40/94, kif ukoll ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, safejn:
—
il-Bord ta' l-Appell ma semax lir-rikorrenti fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-evalwazzjoni li hija differenti fil-fatti magħmula mill-Bord;
—
il-Bord ta' l-Appell ma pppreċiżax id-dokumenti li fuqhom ibbaża d-deċiżjoni tiegħu;
—
il-preżentazzjoni tal-flixkun in kwistjoni hija oriġinali u hija differenti mill-preżentazzjonijiet normali eżistenti fl-1 ta' April 1996; u
—
f'kull każ, it-trade mark in kwistjoni kisbet karattru distintiv fil-Komunità permezz ta' l-użu.
Full & Egal Universal Law Academy