9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/27
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 — Spitzer vs L-UASI — Homeland Housewares (Magic Butler)
(Kawża T-123/08)
(2008/C 116/50)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Harald Spitzer (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schmitz, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Homeland Housewares, LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tal-konvenut tas-7 ta' Ġunju 2008 fil-kawża R 1508/2006-1;
—
tiċħad l-oppożizzjoni ta' Homeland Housewares, LLC kontra t-trade mark verbali “Magic Butler” Nru 4 109 906);
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Magic Butler” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 21 (applikazzjoni Nru 4 109 906).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Homeland Housewares, LLC.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “MAGIC BULLET”għal prodotti fil-klassi 7 (trade mark Komunitarja 4 100 483) u t-trade mark verbali “THE MAGIC BULLET” għal prodotti fil-klassi 7. (trade mark Komunitarja 3 584 885).
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad ir-rikors.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks in kwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy